Kawża T-343/06

Shell Petroleum NV et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Stħarriġ konġunt — Multi — Ċirkustanzi aggravanti — Rwol ta’ provokatur u ta’ mexxej — Reċidiva — Tul tal-ksur — Drittijiet tad-difiża — Ġurisdizzjoni sħiħa — Aġir tal-impriża waqt il-proċedura amministrattiva”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012

  1. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tikkorrobora l-preżunzjoni ma’ fatti intiżi sabiex jistabbilixxu l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti – Assenza ta’ obbligu

    (Artikoli 81 KE u 82 KE)

  2. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Obbligi probatorji tal-kumpannija li għandha l-intenzjoni taqbleb din il-preżunzjoni

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

  3. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Sussidjarja miżmuma konġuntament minn żewġ kumpanniji parent – Tmiem ta’ eżistenza ta’ waħda mill-kumpanniji parent matul il-proċedura amministrattiva – Assenza ta’ rilevanza

    (Artikoli 81 KE u 82 KE)

  4. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Żamma indiretta tas-sussidjarja – Grupp li jinkludi numru kbir ta’ kumpanniji operattivi

    (Artikoli 81 KE u 82 KE)

  5. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kontroll eżerċitat mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha – Ħtieġa ta’ rabta mal-aġir tas-sussidjarja li jikkostitwixxi ksur – Assenza

    (Artikoli 81 KE u 82 KE)

  6. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Komunikazzjoni tat-tweġibiet għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Kundizzjonijiet – Limiti – Dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għall-fajl – Legalità

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2005/C 325/07, punt 27)

  7. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Portata – Assenza ta’ komunikazzjoni sistematika tar-risposti għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Assenza

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2005/C 325/07, punti 8 u 27)

  8. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Risposta għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Dokument użat bħala prova – Obbligu li dan id-dokument kollu kemm hu jiġi kkomunikat sistematikament – Assenza

  9. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Dokumenti utili għad-difiża – Evalwazzjoni mill-Kummissjoni biss – Inammissibbiltà – Prinċipju mhux applikabbli għar-risposti mogħtija mill-partijiet fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2))

  10. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni – Natura indikattiva

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2005/C 325/07, punti 8 u 27)

  11. Rikors għal annullament – Stħarriġ tal-legalità – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-fatti u tad-dritt eżistenti fid-data ta’ adozzjoni tal-att kontenzjuż

    (Artikolu 263 TFUE)

  12. Kompetizzjoni – Multi – Deċiżjoni li timponi multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur – Indikazzjoni suffiċjenti – Komunikazzjoni ulterjuri ta’ informazzjoni iktar speċifika li tikkompleta motivazzjoni li fiha nnifisha diġà hija suffiċjenti – Assenza ta’ rilevanza

    (Artikolu 81 KE, 82 KE u 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03)

  13. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Unjoni – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ nuqqas ta’ kollaborazzjoni tal-impriża waqt il-proċedura amministrattiva – Żieda fil-multa – Kundizzjoni

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Artikolu 261 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 17, u Nru 1/2003, Artikoli 18(2)(3), 23(1) u 31)

  14. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi aggravanti – Rwol ta’ mexxej jew ta’ provokatur tal-ksur – Distinzjoni neċessarja

    (Artikolu 81(1) KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, it-tielet subparagrafu tal-punt 2)

  15. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi aggravanti – Rwol ta’ provokatur tal-ksur – Kunċett – Prova bbażata fuq avveniment wieħed – Ammissibbiltà – Kundizzjoni

    (Artikolu 81(1) KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 2)

  16. Akkordji – Ftehim bejn impriżi – Prova tal-ksur – Xhieda tal-impjegati ta’ kumpannija involuta fil-ksur – Ammissibbiltà – Valur probatorju – Prinċipju ta’ diskrezzjoni tal-provi

    (Artikolu 81 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 68 sa 76)

  17. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Seduti – Smigħ ta’ ċerti persuni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limitu – Rispett tad-drittijiet tad-difiża

    (Artikolu 81KE u 82 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2))

  18. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi aggravanti – Rwol ta’ mexxej tal-ksur – Kunċett – Kriterji ta’ identifikazzjoni

    (Artikolu 81(1) KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u 3; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 2)

  19. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Unjoni – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni supplimentari mhux imsemmija fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew fid-deċiżjoni

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

  20. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi aggravanti – Reċidiva – Ksur simili mwettaq suċċessivament minn żewġ sussidjarji tal-istess kumpannija parent – Assenza ta’ imputazzjoni tal-ksur lill-kumpannija parent fid-deċiżjoni preċendenti – Assenza ta’ rilevanza

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2) u Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 3; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 2)

  21. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi aggravanti – Reċidiva – Rata ta’ żieda tal-ammont bażiku tal-multa – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni

    (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 3; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98C 9/03, punt 2)

  22. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Teħid inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa – Kundizzjonijiet

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 36-41)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 42, 54, 60)

  3.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, meta żewġ kumpanniji parent ikunu 100 % proprjetarji konġunti ta’ sussidjarja, is-sempliċi ċirkustanza li ntemmet l-eżistenza ta’ waħda minn dawn il-kumpanniji parent huwa mingħajr effett fuq il-kwistjoni tal-applikazzjoni tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarja, fejn l-impriżi ma jistgħux jevitaw sanzjonijiet minħabba s-sempliċi fatt li l-identità tagħhom inbidlet wara li saru ristrutturar, trasferimenti jew bidliet ġuridiċi jew organizzattivi oħra, sabiex ma jiġix kompromess l-għan li jitrażżan l-aġir li jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni u li jiġi pprevenut li dan jerġa’ jseħħ permezz ta’ sanzjonijiet dissważivi.

    Barra minn hekk, l-Kummissjoni tista’ tapplika l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ta’ kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha meta żewġ kumpanniji jitqiegħdu f’sitwazzjoni analoga għal dik fejn kumpannija waħda biss iżżomm il-kapital kollu tas-sussidjarja tagħha.

    (ara l-punti 44, 45)

  4.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-eżistenza ta’ kumpanniji intermedjarji bejn sussidjarja u l-kumpannija parent tagħha huwa mingħajr effett fuq il-possibbiltà li tiġi applikata l-preżunzjoni li l-kumpannija parent teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq is-sussidjarja 100 % tagħha. Kumpannija parent tista, barra minn hekk, tiġi kkunsidrata responsabbli minn ksur imwettaq minn sussidjarja, anki meta jeżisti numru kbir ta’ kumpanniji operattivi fi grupp.

    (ara l-punt 52)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 61)

  6.  Fil-kuntest ta’ proċedura minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, huwa biss fil-bidu tal-fażi kontradittorja amministrattiva li l-impriża kkonċernata tiġi informata, permezz tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, bl-elementi essenzjali kollha li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha f’dan l-istadju tal-proċedura. Għalhekk, ir-risposta tal-partijiet l-oħra għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma hijiex inkluża, bħala prinċipju, fid-dokumenti kollha tal-fajl ta’ investigazzjoni li jistgħu jikkonsultaw il-partijiet. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jkollha intenzjoni tibbaża ruħha fuq silta minn risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew fuq dokument anness ma’ tali risposta sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur fi proċedura skont l-Artikolu 81(1) KE, il-partijiet l-oħra involuti f’din il-proċedura għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni li jesprimu l-pożizzjoni tagħhom dwar tali prova. L-istess jgħodd meta l-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq tali dokument sabiex tistabbilixxi r-rwol ta’ provokatur jew ta’ mexxej ta’ waħda mill-impriżi kkonċernati.

    Id-dispożizzjonijiet tal-punt 27 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli ta’ aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fil-kawżi li jaqgħu taħt l-Artikoli 81 KE u 82 KE, taħt l-Artikoli 53, 54 u 57 tal-Ftehim ŻEE u taħt ir-Regolament Nru 139/2004 huma konformi ma’ din il-ġurisprudenza li, jekk, bħala regola ġenerali, il-partijiet ma għandhomx aċċess għar-risposti tal-partijiet oħra għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, parti tista’ madankollu jkollha aċess meta dawn id-dokumenti jistgħu jikkostitwixxu provi ġodda, sew jekk jinkriminaw u sew jekk jiskaġonaw, dwar l-allegazzjonijiet ifformulati fir-rigward ta’ din il-parti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.

    (ara l-punti 84, 85)

  7.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni sistematika tar-risposti tal-impriżi l-oħra għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma huwiex kuntrarju għall-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża. Dan il-prinċipju jimplika li l-Kummissjoni għandha, matul il-proċedura amministrattiva, tiżvela lill-impriżi kkonċernati l-fatti, iċ-ċirkustanzi u d-dokumenti kollha li fuqhom hija tibbaża ruħha, sabiex tippermettilhom jesprimu utilment l-opinjoni tagħhom dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi allegati u dwar id-dokumenti kkunsidrati minnha insostenn tal-allegazzjonijiet tagħha.

    Ir-rifjut tal-Kummissjoni li tittrażmetti dokumenti prodotti wara d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fuq talba ta’ kumpannija huwa illegali biss, fir-rigward ta’ dokument li jiskaġuna, jekk l-imsemmija kumpannija tkun stabbilixxiet li n-nuqqas ta’ żvelar ta’ dan id-dokument seta’ influwenza l-iżvolġiment tal-proċedura u l-kontenut tad-deċiżjoni b’detriment għaliha.

    (ara l-punti 86, 88)

  8.  Fil-kuntest ta’ proċedura minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, meta jintuża mill-Kummissjoni bħala prova fid-deċiżjoni tagħha, dokument prodott wara d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma għandux neċessarjament jiġi trażmess kollu kemm hu lill-impriżi kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha l-obbligu, sabiex tippermetti lill-impriża kkonċernata tkun f’pożizzjoni li tesprimi ruħha utilment dwar il-prova użata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha, tittrażmettilha biss is-sempliċi silta rilevanti tad-dokument inkwistjoni, iżda għandha titħalla fil-kuntest tagħha jekk dan ikun neċessarju sabiex din tinftiehem.

    (ara l-punt 87)

  9.  Fil-kuntest ta’ proċedura minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-prinċipju li ma għandhiex tkun il-Kummissjoni waħedha, li tinnotifika l-oġġezzjonijiet u tagħti deċiżjoni li timponi multa, li tiddetermina d-dokumenti utli għad-difiża tal-impriża kkonċernata, huwa relattiv għad-dokumenti li jaqgħu taħt il-fajl ikkostitwit mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, dan il-prinċipju ma jistax japplika għal risposti mogħtija minn partijiet oħra kkonċernati bl-oġġezzjonijiet ikkomunikati minn din tal-aħħar.

    (ara l-punt 89)

  10.  Fil-kuntest ta’ proċedura minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta bil-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha fir-rigward tat-trażmissjoni sħiħa tar-risposti tal-impriżi kkonċernati għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, peress li l-legalità tad-deċiżjonijiet tagħha tista’ tiġi evalwata biss abbażi tar-regoli imposti fuqha, fosthom, b’mod partikolari, ir-Regolamenti Nri 1/2003 u 773/2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 [KE u] 82 [KE], u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fil-kawżi li jaqgħu taħt l-Artikoli 81 KE u 82 KE, taħt l-Artikoli 53, 54 u 57 tal-Ftehim ŻEE u taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, hekk kif interpretati mill-qorti tal-Unjoni.

    (ara l-punt 90)

  11.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 104)

  12.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 108-113, 258, 259)

  13.  L-istħarriġ ta’ legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti multa minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huwa kkompletat bil-ġurisdizzjoni sħiħa, li kienet rikonoxxuta lill-Qorti tal-Unjoni mill-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 17 u li issa hija rikonoxxuta mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE. Din il-kompetenza tagħti s-setgħa lill-qorti, lilhinn mis-sempliċi stħarriġ ta’ legalità tas-sanzjoni, sabiex tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha ma’ dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, li tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-penalità imposta. Għaldaqstant l-istħarriġ previst mit-Trattati jimplika, skont ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li jinsab fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-Qorti tal-Unjoni teżerċita stħarriġ kemm legali kif ukoll fattwali u li għandha s-setgħa tevalwa l-provi, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u temenda l-ammont tal-multi. Barra minn hekk, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 81 KE, l-ebda dispożizzjoni ma timponi fuq id-destinatarju tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet l-obbligu li jikkontesta, matul il-proċedura amministrattiva, id-diversi punti ta’ fatt u ta’ liġi li din id-dikjarazzjoni tinkludi, taħt piena li ma jkunx jista’ jikkontestahom ulterjorment fl-istadju tal-proċedura ġudizzjarja.

    Għalhekk hija l-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li għandha tevalwa, fid-data li fiha tadotta d-deċiżjoni tagħha, jekk ġietx imposta fuq l-impriżi kkonċernati multa li l-ammont tagħha jirrifletti korrettament il-gravità tal-ksur inkwistjoni.

    Madankollu, sabiex jiġi ppreżervat l-effett utli tal-Artikolu 18(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tobbliga lil impriża sabiex tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja li tikkonċerna fatti li hija setgħet kellha għarfien dwarhom u sabiex tikkomunikalha, jekk ikun hemm bżonn, id-dokumenti relatati li jkunu ful-pussess tagħha, bis-sempliċi kundizzjoni li ma timponix lill-impriża l-obbligu li tipprovdi risposti li permezz tagħhom hija tasal sabiex taċċetta l-eżistenza tal-ksur li fir-rigward tiegħu għandha tkun il-Kummissjoni li tistabbilixxi l-prova tiegħu. Impriża li lilha l-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003, hija, barra minn hekk, marbuta b’obbligu ta’ kollaborazzjoni attiva u tista’ tiġi ssanzjonata b’multa speċifika, prevista mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament, li tista’ tirrappreżenta sa 1 % tad-dħul mill-bejgħ totali tagħha jekk hija tipprovdi, deliberatament jew b’negliġenza, informazzjoni ineżatta jew żnaturata. Minn dan jirriżulta li, fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, nuqqas ta’ kollaborazzjoni ta’ impriża u b’konsegwenza ta’ dan iżżid l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha għal ksur tal-Artikoli 81 KE jew 82 KE, sakemm din l-impriża ma tkunx ġiet issanzjonata għal dan l-istess aġir permezz ta’ multa speċifika bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003.

    Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fl-ipoteżi fejn, b’risposta għal domanda f’dan is-sens min-naħa tal-Kummissjoni, impriża tkun naqset milli tippreżenta, b’mod deliberat jew b’negliġenza, matul il-proċedura amministrattiva, elementi determinanti bil-għan li jiġi ffissat l-ammont tal-multa u li hija kellha jew li setgħet kellha meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata. Għalkemm, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali ma ssibx restrizzjoni sabiex tieħu dawn l-elementi inkunsiderazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li l-impriża li tistabbilixxi dan biss fl-istadju kontenzjuż, billi b’hekk tippreġudika l-għan u t-tmexxija tajba tal-proċedura amministrattiva, tesponi ruħha għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ din iċ-ċirkustanza fid-determinazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-ammont xieraq tal-multa.

    (ara l-punti 116-119)

  14.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 140)

  15.  Sabiex tiġi kkwalifikata bħala provokatur ta’ akkordju, impriża għandha tkun imbuttat jew inkoraġġiet impriżi oħra sabiex jiġi stabbilit l-akkordju jew sabiex jingħaqdu miegħu. Min-naħa l-oħra, ma huwiex biżżejjed li wieħed sempliċement jirriżulta fost il-membri fundaturi tal-akkordju. Din il-kwalifika għandha tiġi riżervata għall-impriża li, jekk ikun il-każ, tkun ħadet l-inizjattiva, pereżempju billi tissuġġerixxi lill-oħra l-opportunità ta’ kollużjoni jew billi tipprova tikkonvinċiha tipproċedi fiha. Madankollu l-Qorti tal-Unjoni ma timponix lill-Kummissjoni sabiex ikollha fil-pussess tagħha l-informazzjoni relatata mal-elaborazzjoni jew mal-konċepiment tad-dettalji tal-akkordju.

    Ir-rwol ta’ promotur jikkonċerna l-mument meta jiġi stabbilit jew jitkabbar akkordju, liema fatt jippermetti li jitqies li numru ta’ impriżi jistgħu simultanjament ikollhom rwol ta’ provokatur fi ħdan l-istess akkordju.

    Barra minn hekk, xejn ma jipprekludi, bħala prinċipju, il-fatt li l-Kummissjoni tista’ tibbaża ruħha fuq ġrajja unika sabiex tistabbilixxi li impriża kellha rwol ta’ provokatur f’akkordju, bil-kundizzjoni li dan l-element uniku jippermetti li jiġi stabbilit b’mod ċert li din l-impriża mbuttat jew inkoraġġiet lil impriżi oħra jistabbilixxu l-akkordju jew jingħaqdu miegħu.

    (ara l-punti 155, 156)

  16.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 160, 161)

  17.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 170, 171)

  18.  Sabiex tiġi kkwalifikata bħala mexxej ta’ akkordju, impriża kellha tirrappreżenta saħħa ta’ influwenza sinjifikattiva għall-akkordju jew għandha tkun ikkontribwixxiet b’responsabbiltà partikolari u konkreta fil-funzjonament tiegħu. Din iċ-ċirkustanza għandha tiġi evalwata mill-perspettiva globali fir-rigward tal-kuntest tal-każ. Hija tista, b’mod partikolari, tiġi dedotta mill-fatt li l-impriża, permezz ta’ inizjattivi speċifiċi, tat b’mod spontanju impetu fundamentali lill-akkordju. Hija tista’ wkoll tiġi dedotta minn numru ta’ ħjiel li jiżvelaw il-ħidma tal-impriża li tiżgura l-istabbilità u s-suċċess tal-akkordju.

    Hekk jirriżulta meta l-impriża tkun ipparteċipat fil-laqgħat tal-akkordju f’isem impriża oħra li ma kinitx tassisti u tkun ikkomunikatilha r-riżultati tal-imsemmija laqgħat. L-istess jgħodd meta jirriżulta li l-imsemmija impriża kellha rwol ċentrali fil-funzjonament konkret tal-akkordju, pereżempju billi organizzat bosta laqgħat, billi ġabret u qassmet l-informazzjoni fi ħdan l-akkordju, u billi ta’ spiss ifformolat proposti relatati mal-funzjonament tal-akkordju

    Barra minn hekk, il-fatt li tħares attivament sabiex il-ftehim konkluż fi ħdan l-akkordju jiġi osservat jikkostitwixxi ħjiel determinanti tar-rwol ta’ mexxej li kellha impriża.

    Min-naħa l-oħra, il-fatt li impriża teżerċita pressjoni, jew saħansitra tiddetta l-aġir tal-membri l-oħra fl-akkordju, ma huwiex kundizzjoni neċessarja sabiex din l-impriża tkun tista’ tiġi kkwalifikata bħala mexxej tal-akkordju. Il-pożizzjoni fis-suq ta’ impriża jew ir-riżorsi li hija għandha lanqas ma jistgħu jikkostitwixxu ħjiel ta’ rwol ta’ mexxej tal-ksur, anki jekk jagħmlu parti mill-kuntest li fir-rigward tiegħu għandu jiġi evalwat tali ħjiel.

    Il-Kummissjoni tista’ tqis li numru ta’ impriżi kellhom ir-rwol ta’ mexxej f’akkordju wieħed.

    (ara l-punti 198-202)

  19.  Il-Qorti Ġenerali, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha rrikonoxxuta permezz tal-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, hija kompetenti sabiex tevalwa n-natura approprjata tal-ammont tal-multi imposti minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u għal dan il-għan tista’ tibbaża ruħha fuq informazzjoni supplimentari, li ma tissemmiex fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    (ara l-punt 220)

  20.  Ġaladarba d-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jirrikonoxxi li kumpanniji differenti li jappartjenu għall-istess grupp jikkostitwixxu entità ekonomika, u għaldaqstant impriża fis-sens tal-Artikoli 81 KE u 82 KE jekk il-kumpanniji kkonċernati ma jiddeterminawx b’mod awtonomu l-aġir tagħhom fis-suq, bil-konsegwenza li l-Kummissjoni tista’ timponi multa lill-kumpannija parent għal prattiki ta’ kumpanniji tal-grupp, il-Kummissjoni tista’ ġustament tikkunsidra li quddiemha tinsab sitwazzjoni ta’ reċidiva meta waħda mis-sussidjarji tal-kumpannija parent twettaq ksur tal-istess tip bħal dak li għalih ġiet preċedentement issanzjonata sussidjarja oħra.

    Barra minn hekk, ġaladarba l-Kummissjoni għandha l-fakultà, iżda mhux l-obbligu, li timputa r-responsabbiltà għall-ksur lil kumpannija parent, is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni ma għamlitx tali imputazzjoni f’deċiżjoni preċedenti ma jimplikax li hija għandha l-obbligu li tagħmel l-istess evalwazzjoni f’deċiżjoni ulterjuri.

    B’hekk, fl-ipoteżi fejn kemm is-sussidjarja kkonċernata minn deċiżjoni preċedenti kif ukoll is-sussidjarja kkonċernata minn deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni huma indirettament 100 % proprjetà tal-istess kumpanniji parent, il-fatt li, fid-deċiżjoni preċedenti, il-Kummissjoni kienet għażlet li tattribwixxi l-ksur lill-ewwel sussidjarja pjuttost milli lill-kumpanniji parent tagħha, huwa mingħajr effett fuq il-possibbiltà li tiġi applikata l-ġurisprudenza dwar ir-reċidiva fid-deċiżjoni l-ġdida. Barra minn hekk, it-tmiem tal-eżistenza ta’ waħda mill-kumpanniji parent ma jistax ikollha konsegwenza fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi applikata r-reċidiva lill-impriża li kompliet teżisti.

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma għandhiex l-obbligu li tipproduċi elementi li jippermettu li jiġi stabbilit li din il-kumpannija parent kienet effettivament eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir li jikkostitwixxi ksur min-naħa tas-sussidjarja tagħha li kienet suġġetta għad-deċiżjoni preċedenti, ġaladarba din is-sussidjarja, fil-mument meta twettaq il-ksur, kienet konġuntament 100 % proprjetà tal-kumpanniji parent imsemmija iktar ’il fuq.

    (ara l-punti 248, 250, 252, 253, 255, 263)

  21.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 267, 268)

  22.  Mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 44(1)(ċ) u tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li r-rikors promotur għandu jinkludi, b’mod partikolari, sunt tal-motivi invokati u li l-produzzjoni ta’ motivi ġodda matul il-kawża hija pprojbita sakemm dawn il-motivi ma jkunux ibbażati fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi li jirriżultaw matul il-proċedura. Madankollu, motiv li jikkostitwixxi l-amplifikazzjoni ta’ motiv imsemmi preċedentement, direttament jew impliċitament fir-rikors promotur u li għandu rabta stretta ma’ dan il-motiv, għandu jiġi ddikjarat ammissibbli.

    Barra minn hekk, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-qorti tista’ tilqa’ motivi jew argumenti ġodda biss taħt il-kundizzjoni doppja li dawn ikunu operattivi għall-finijiet tas-setgħat tagħha, u li ma jkunux ibbażati fuq motiv ta’ illegalità differenti minn dawk imqajma fir-rikors.

    (ara l-punti 271, 272)