Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2010 – UniCredito Italiano vs UASI – Union Investment Privatfonds (UNIWEB u UniCredit Wealth Management)

(Kawżi T-303/06 u T-337/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali UNIWEB u UniCredit Wealth Management – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti UNIFONDS u UNIRAK u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti UNIZINS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 48, 49)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 196/2005‑2 u R 211/2005‑2) u tal‑25 ta’ Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 456/2005‑2 u R 502/2005‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Union Investment Privatfonds GmbH u UniCredito Italiano SpA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

UniCredito Italiano SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali UNIWEB għas‑servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42 – Applikazzjoni Nru 2236164 – u trade mark verbali UniCredit Wealth Management għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 16, 35, 36, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 2330066

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Union Investment Privatfonds GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks verbali Ġermaniżi UNIFONDS (Nru 991995) u UNIRAK (Nru 991997) u trade mark figurattiva Ġermaniża UNIZINS (Nru 2016954) sabiex jiġu identifikati l-investimenti, fis-sens tal-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa fir-rigward ta’ parti tas-servizzi kkontestati u miċħuda fir-rigward tal-kumplament tas-servizzi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑303/06 u T‑337/06 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is‑sentenza.

2)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 196/2005‑2 u R 211/2005‑2), hija annullata sa fejn tiċħad l-appell ta’ UniCredito Italiano SpA fil-Każ R 211/2005‑2 billi tilqa’ l-oppożizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni UNIWEB, f’dak li jirrigwarda “affarijiet bankarji, affarijiet finanzjarji, affarijiet monetarji, assigurazzjonijiet, informazzjoni u pariri fil‑qasam tal-finanzi u tal-assigurazzjonijiet, servizzi ta’ karti ta’ kreditu/debitu, servizzi bankarji u finanzjarji bl-internet”, li jaqgħu taħt il‑klassi 36.

3)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 456/2005‑2 u R 502/2005‑2), hija annullata sa fejn tiċħad l-appell ta’ UniCredito Italiano SpA fil-Każ R 456/2005‑2 billi tilqa’ l-oppożizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni UniCredit Wealth Management, f’dak li jirrigwarda “affarijiet bankarji, affarijiet finanzjarji, affarijiet monetarji, assigurazzjonijiet u informazzjoni finanzjarja”, li jaqgħu taħt il-klassi 36.

4)

It-talbiet ta’ Union Investment Privatfonds GmbH huma miċħuda.

5)

Kull parti għandi tbati l-ispejjeż tagħha.