Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008 – Torres vs UASI – Vinícola de Tomelloso (TORRE DE GAZATE)
(Kawża T-286/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali TORRE DE GAZATE – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TORRES u LAS TORRES – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 42, 69)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Lulju 2006 (Każ R 421/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Vinícola de Tomelloso, SCL. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Vinícola de Tomelloso, SCL |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali TORRE DE GAZATE, għal prodotti fil-klassi 33 –Applikazzjoni Nru 1632017 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑snjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni: |
Miguel Torres, SA |
|
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali TORRES u trade mark verbali internazzjonali LAS TORRES, għal prodotti fil-klassi 33 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni miċħuda |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |