Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta' Settembru 2008 – Gualtieri vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-284/06)

“Espert nazzjonali sekondat – Allowances ta’ residenza – Post ta’ residenza fil-mument tas-sekondar – Eċċezzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 20(3)(b) tad-deċiżjoni li tirregola esperti nazzjonali sekondati – Prinċipju ta’ trattament ugwali”

1.                     Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż – Esperti nazzjonali sekondat – Allowance ta’ kuljum (Artikolu 141 KE) (ara l-punti 28-31)

2.                     Dritt Komunitarju – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi (ara l-punti 41-43)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Jannar 2006, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għal aġġustament, wara d-divorzju tagħha, tal-ammont tal-allowances dovuti taħt l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 1559, tat-30 ta’ April 2002 li tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali sekondati, kif emendata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Claudia Gualtieri hija kkundanata għall-ispejjeż.