Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Mejju 2008 – Radio Regenbogen Hörfunk in Baden vs UASI (RadioCom)

(Kawża T-254/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RadioCom – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94” 

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 40, 45, 48, 51, 54)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Lulju 2006 (Każ R 1266/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali RadioCom bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Radio Regenbogen Hörfunk in Baden Geschäftsführungs-GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali RadioCom għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 41 – Applikazzjoni Nru 3986023

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Radio Regenbogen Hörfunk in Baden Geschäftsführungs-GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.