Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ April 2008 – Casa Editorial El Tiempo vs UASI – Instituto Nacional de Meteorología (EL TIEMPO
Kawża T-233/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EL TIEMPO – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti TELETIEMPO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 49 sa 50, 52, 57)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-22 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 0760/2005-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-Instituto Nacional de Meteorología u Casa Editorial El Tiempo, SA. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Casa Editorial El Tiempo, SA |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali EL TIEMPO għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38 u 41 – Applikazzjoni Nru 1685056 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni: |
Instituto Nacional de Meteorología |
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni: |
Trade marks nazzjonali verbali EL TIEMPO għal pubblikazzjonijiet (mhux irreġistrata iżda magħrufa sew), TELETIEMPO għal prodotti fil-klassi 16 (Nru 1902923) u servizzi fil-klassi 38 (Nru 2217494) u TELETIEMPO INSTITUTO NACIONAL DE METEOROLOGÍA għal prodotti fil-klassijiet 35 (Nru 2217493) u 41 (Nru 2217492) |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni fondata u reġistrazzjoni rrifjutata. |
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell: |
Oppożizzjoni miċħuda għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 41 |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Casa Editorial El Tiempo SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |