Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2007 – Charlott vs UASI – Charlo (Charlott France Entre Luxe et Tradition)
(Kawża T-169/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Charlott France Entre Luxe et Tradition – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Charlot – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni – Eżami ta’ l-oppożizzjoni – Prova ta’ l-użu tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 37, 64)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ Appell ta’ l-UASI ta’ l-24 ta’ April 2006 (Każ R 223/2005-2) rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Charlo Confecções para Homens, Artigos de Lã e Outros SA. u Charlott SARL. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Charlott SARL |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark figurattiva Charlott France Entre Luxe et Tradition għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni Nru 1853274 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni: |
Charlo – Confecções para Homens, Artigos de Lã e Outros SA |
|
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni: |
Trade mark figurattiva nazzjonali Charlot għal prodotti fil-klassi 25 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni miċħuda |
|
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell: |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-oppożizzjoni annullata |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Charlott SARL hija kkundannata għall-ispejjeż, ħlief dawk sostnuti mill-intervenjenti. |
|
3) |
Charlo - Confecções para Homens, Artigos de Lã e Outros SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |