Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – ColArt/Americas vs UASI (BASICS)
(Kawża T-164/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BASICS – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Trade mark deskrittiva – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Karattru distintiv miksub permezz ta’ l-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1) (ċ)) (ara l-punti 24-25)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz ta’ l-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 45-47, 53)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-7 ta’ April 2006 (Każ R 788/2005-4) li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BASICS bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
ColArt/Americas, Inc. |
Trade mark ikkonċernata: |
Trade mark verbali BASICS għal prodotti fil-klassi 2 – Applikazzjoni Nru 2433613 |
Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
ColArt/Americas hija kkundannata għall-ispejjeż. |