Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008 – Tomorrow Focus vs UASI – Information Builders (Tomorrow Focus)
(Kawża T-90/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tomorrow Focus – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FOCUS – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8 (1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 14, 37)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Jannar 2006 (Każ R 116/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Information Builders (Netherlands) BV u Tomorrow Focus AG. |
Informazzjoni dwar il-kawża |
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Tomorrow Focus AG |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali Tomorrow Focus għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 2382455 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Information Builders (Netherlands) BV |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark figurattiva Focus għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 42 (Trade mark Komunitarja Nru 68585) |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għall-klassijiet 9 u 42 miċħuda |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Deċiżjoni kkontestata annullata, applikazzjoni għal ċerti prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 miċħuda u applikazzjoni fir-rigward tal-kumplament miċħuda |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Tomorrow Focus AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |