Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008 – Audi vs UASI (Vorsprung durch Technik)
(Kawża T-70/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Vorsprung durch Technik – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur – Dritt għal smigħ”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 41-46)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 237/2005-2), li tiċħad parzjalment l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Vorsprung durch Technik għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 25, 28, 37 sa 40 u 42. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Audi AG |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali Vorsprung durch Technik għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 16, 18, 25, 28, 35 sa 43 u 45 – Applikazzjoni Nru 3016292 |
|
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni parzjalment rrifjutata |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell parzjalment miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Audi AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |