Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012 —
FLS Plast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/06)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tul tal-ksur — Multi — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità — Responsabbiltà in solidum — Prinċipju ta’ ne bis in idem”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 26-31, 52-55, 65, 76)

2.                     Kompetizzjoni — Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat ta’ impriżi li għandhom għan antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Rappreżentant ta’ impriża li ma informax lil din tal-aħħar dwar in-natura antikompetittiva tal-laqgħat — Assenza ta’ rilevanza (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 68, 69)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Evalwazzjoni skont l-aġir individwali tal-impriża — Rilevanza tal-assenza ta’ sanzjoni kontra operatur ekonomiku ieħor — Assenza (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punt 88)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Impriża ttrasferita bosta drabi matul il-ksur — Suċċessjoni matul iż-żmien ta’ bosta kumpanniji parent — Attribuzzjoni lil kull kumpannija parent tal-istess ammont inizjali — Kumpanniji parent in solidum għal ammont totali li jaqbeż l-ammont tal-multa imposta fuq is-sussidjarja — Ammissibbiltà (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 99-102)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 124-127)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Dħul mill-bejgħ akkumulat tal-kumpanniji kollha li jifformaw l-entità ekonomika li taġixxi bħala impriża — Limiti (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 5) (ara l-punti 135-138, 140)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva — Effett dissważiv fir-rigward kemm tal-impriża responsabbli għall-ksur kif ukoll ta’ terzi — Possibbiltà li tiġi imposta multa fuq impriża li ma għadhiex attiva fis-suq ikkonċernat fid-data tad-deċiżjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 146, 147)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Kumpannija parent u sussidjarji — Evalwazzjoni tal-kooperazzjoni ta’ dawn il-kumpanniji b’mod individwali (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2) (ara l-punti 163-166, 168-176)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta mill-imsemmija deċiżjoni fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija annullata inkwantu u sa fejn iżżomm lil FLS Plast A/S responsabbli għall-ksur uniku u kontinwu msemmi fl-Artikolu 1(1) tagħha, matul il-perijodu bejn il-31 ta’ Diċembru 1990 u l-31 ta’ Diċembru 1991, inklużi.

2)

L-ammont tal-ħlas li fir-rigward tiegħu FLS Plast hija in solidum responsabbli skont l-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni C (2005) 4634 huwa ffissat għal EUR 14.45 miljun.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea u FLS Plast għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.