Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 – Antartica vs UASI – Nasdaq Stock Market (nasdaq)

(Kawża T-47/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva nasdaq – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NASDAQ – Raġuni relattiva għal rifjut – Reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja –Raġuni relattiva għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah u li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 61)

Suġġett

Rikors għall-annullament tad-deċizjoni tat-Tieni Bord ta’ Appell ta’ l-UASI tas-7 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 752/2004-2), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn The Nasdaq Stock Market, Inc. u Antartica Srl.

Informazzjoni dwar il-kawża

L-applikant tat-trade mark Komunitarja:

Antartica Srl

It-trade mark Komunitarja  kkonċernata:

It-trade mark figurattiva nasdaq għall-prodotti fil-klassijiet 9, 12, 14, 25 u 28

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

The Nasdaq Stock Market, Inc.

It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

It-trade mark Komunitarja verbali NASDAQ għall-prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38 u 42, bħat-trade mark preċedenti NASDAQ, magħrufa sew fl-Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropea

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni

Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni u ċaħda ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni


Dispożittiv

 

Ir-rikors huwa miċħud.

 

Antartica Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.