Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Il‑Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-4/06)

“Agrikoltura – Att ta’ Adeżjoni tal-2003 – Regolament (KE) Nru 1260/2001 – Regolament (KE) Nru 1686/2005 – Regolament (KE) Nru 1193/2009 – Sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004/2005 – Imposti addizzjonali – Iffissar ta’ żewġ koeffiċjenti – Kompetenza – Bażi legali – Regola ta’ awtorizzazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Osservanza tal-forom proċedurali sostanzjali”

1.                     Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Zokkor - Regolament tal-Kummissjoni li jiffissa żewġ koeffiċjenti ta’ imposti addizzjonali - Bażi legali - Regolament Nru 1260/2001 - Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001, Artikolu 16(2) u (5); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1686/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 1193/2009, Artikolu 2) (ara l-punti 61-65)

2.                     Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunitajiet - Att ta’ Adeżjoni tal-2003 - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor - Regolament tal-Kummissjoni li jiffissa żewġ koeffiċjenti ta’ imposti addizzjonali - Bażi legali - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41, tal-Att ta’ Adeżjoni - Ammissibbiltà (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 60/2004 u Nru 1686/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 1193/2009, Artikolu 2) (ara l-punti 70-72, 77-79)

3.                     Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Zokkor - Regolament tal-Kummissjoni li jiffissa żewġ koeffiċjenti ta’ imposti addizzjonali - Bażi legali - Obbligu ta’ indikazzjoni espliċita fil-motivazzjoni tal-att - Portata - Assenza ta’ indikazzjoni espliċita mingħajr possibbiltà tad-determinazzjoni permezz ta’ elementi oħra tal-motivazzjoni - Annullament tad-dispożizzjoni rilevanti (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1686/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 1193/2009, Artikolu 2) (ara l-punti 80, 82-87, 90-93)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005, tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jistabbilixxi, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004/2005, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjenti tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 271, p. 12), kif emendat bl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005, tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jistabbilixxi, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004/2005, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjenti tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor, kif emendat bl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 , tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006, huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.