7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/25


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008 — 2K-Teint et vs Il-Kummissjoni u Il-BEI

(Kawża T-336/06) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratt ta' finanzjament konkluż mal-Marokk - Allegati nuqqasijiet u negliġenzi tal-BEI fil-monitoraġġ ta' self iffinanzjant mill-baġit Komunitarju - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà’)

(2008/C 142/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: 2K-Teint SARL (Casablanca, Il-Marokk); Mohammed Kermoudi, Khalid Kermoudi, Laila Kermoudi, Mounia Kermoudi, Salma Kermoudi u Rabia Kermoudi (Casablanca) (rappreżentant: P. Thomas, avocat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u V. Joris, aġenti); u Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u J.-P. Minnaert, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqasijiet u negliġenzi li l-BEI wettaq fil-monitoraġġ ta' l-allokazzjoni tal-fondi intiżi għat-twettiq tal-proġett ta' 2K-Teint, f' eżekuzzjoni tal-kuntratt ta' finanzjament konkluż bejn il-BEI, bħala mandatarju tal-Komunità, u r-Renju tal-Marokk.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

2K-Teint SARL, MohammedKermoudi, Khalid Kermoudi, Laila Kermoudi, Mounia Kermoudi, Salma Kermoudi u Rabia Kermoudi għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż tal-Kummissjoni u tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI).


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.