|
2.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/23 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Ġunju 2008 — European Association of Im- and Exporters of Birds and live Animals et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-209/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE - Persuni fiżiċi u legali - Assoċjazzjonijiet - Deċiżjoni 2006/522/KEE - Interess individwali - Saħħa ta' l-annimali - Miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur’)
(2008/C 197/41)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: European Association of Im- and Exporters of Birds and live Animals (West Maas u Waal, l-Olanda); Vereniging van Im- en Exporteurs van Vogels en Hobbydieren (West Maas u Waal, l-Olanda); Willem Plomp, li jopera taħt l-isem Plomps Vogelhandel (Woerden, l-Olanda); u Marinus Borgstein, li jopera taħt l-isem Borgstein Birds & Zoofood Trading (West Maas u Waal, l-Olanda) (rappreżentant: J. Wouters, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. van Heezik, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/522/KE tal-25 ta' Lulju 2006, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE rigward ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' ċerti għasafar ħajjin fil-Komunità (ĠU L 205, p. 28)
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |