12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 8/15


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Novembru 2007 — Investire Partecipazioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-102/06) (1)

(Rikors għal annullament - FEDER - Tnaqqis ta' kontribuzzjoni finanzjarja - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà)

(2008/C 8/29)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Investire Partecipazioni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti u A. Franchi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: M. Velardo u L. Flynn, aġenti, assistiti minn G. Faedo, avukat)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4683, tal-25 ta' Novembru 2005, rigward tnaqqis tal-kontribuzzjoni inizjalment mogħtija mill-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali (FEDER) b'applikazzjoni tad-deċiżjoni C (97) 2199 tas-27 ta' Lulju 1997, li tapprova l-kontribuzzjoni tal-FEDER favur miżuri previsti fid-dokument waħdieni ta' programmazzjonir tal-perijodu 1997-1999 fir-reġjun tal-Piemonte (l-Italja) li jaqgħu taħt l-obbjettiv Nru 2.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inamissibbli.

2)

Investire Partecipazioni SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C, 20.5.2006.