|
23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/16 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2011 — Eurallumina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-62/06 RENV R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)
2011/C 219/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: R. Denton u L. Martin Alegi, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewoprea (rappreżentanti: V. Di Bucci, N. Khan, D. Grespan u K. Walkerová, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dażji tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta’ allumina fir-reġjun tal-Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardegna, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja (ĠU 2006, L 119, p. 12) sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |