25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Settembru 2008 — Gualtieri vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-413/06) (1)

(“Appell - Espert nazzjonali sekondat - Digriet ta' rinviju - Deċiżjoni li tista' tiġi appellata - Inammissibbiltà’)

(2008/C 272/46)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Claudia Gualtieri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn G. Faedo, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Ottubru 2006, Gualtieri vs Il-Kummissjoni (F-53/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li fih qed jintalab l-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Claudia Gualtieri għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni f'din l-istanza.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.