1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes vs Il-Kunsill

(Kawża T-407/06 u T-408/06) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Trattament individwali - Teħid ta’ kampjuni - Drittijiet tad-difiża - Trattament ugwali - Dannu - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

2010/C 113/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd (Yongjia, iċ-Ċina) (Kawża T-407/06); u Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd (Wenzhou, iċ-Ċina) (Kawża T-408/06) (rappreżentanti: I. MacVay, solicitor, R. Thompson, QC, u K. Beal, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Vlaemminck, G. Zonnekeyn u S. Verhulst, sussegwentement minn P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati); BA.LA di Lanciotti Vittorio & C. Sas (Monte Urano, l-Italja) u s-sittax-il intervenjent ieħor li ismu jinsab fl-Anness (rappreżentanti: G. Celona, P. Tabellini u C. Cavaliere, avukati)

Suġġett

Talbiet għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn [żraben] bil-wiċċ tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p. 485), sa fejn dan jirrigwardhom.

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd u Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas u s-sittax-il intervenjent ieħor li ismu huwa mniżżel fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.