9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/06) (1)

(Fond ta’ Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Proġetti ta’ infrastruttura ambjentali mwettqa fit-territorju tal-Cataluña (Spanja) - Tneħħija parzjali tal-għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal xogħlijiet - Kriterji ta’ għoti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Offerta anormalment baxxa - Eliġibbiltà tal-infiq - Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 - Proporzjonalità)

2013/C 325/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, sussegwentement A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5105, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni lil tmien proġetti mwettqa fit-territorju tal-Komunità awtonoma tal-Cataluña (Spanja).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 42, 24.02.2007.