7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/55


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Arcandor vs UASI — dm drogerie markt (S-HE)

(Kawża T-391/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali S-HE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SHE, trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti She u trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti She - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

2009/C 267/94

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Arcandor AG, li qabel kienet Karstadt Quelle AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, W. Renck u T. Dolde, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: dm drogerie markt GmbH (Wals, l-Awstrija) (rappreżentanti: N. Dyck u M. Dick, avocats)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2006 (Każ R 301/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Karstadt Quelle AG u dm drogerie markt GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arcandor AG, li qabel kienet Karstadt Quelle AG, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.02.2007