14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Aalberts Industries et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur uniku u kontinwu - Parteċipazzjoni fil-ksur)

2011/C 145/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aalberts Industries NV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi); Comap SA, li kienet Aquatis France SAS (La Chapelle-St-Mesmin, Franza); u Simplex Armaturen + Fittings GmbH Co. KG (Argenbühl — Eisenharz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Wesseling u M. van der Woude, sussegwentement R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis, R. Sauer u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), huwa annullat sa fejn jikkonstata li Aalberts Industries NV, Comap SA, li kienet Aquatis France SAS u Simplex Armaturen + Fittings GmbH Co. KG ipparteċipaw fil-ksur matul il-perijodu ta’ bejn il-25 ta’ Ġunju 2003 u l-1 ta’ April 2004.

(2)

L-Artikolu 2(a) u (b)(2) tad-Deiżjoni C(2006) 4180 huwa annullat.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjez.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.