14.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — IBP u International Building Products France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-384/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Multi - Ċirkustanzi aggravanti)
2011/C 145/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IBP Ltd (Tipton, ir-Renju Unit); u International Building Products France SA (Sartrouville, Franza) (rappreżentanti: M. Clough, QC, u A. Aldred, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F 1/38.121 — Attrezzaturi), u sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
IBP Ltd u International Building Products France SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 80 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Huma għandhom ibatu wkoll l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
(3) |
Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha. |