14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — FRA.BO vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-381/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi - Ċirkustanzi attenwanti - Immunità mill-multi - Aspettatitvi leġittimi - Trattament ugwali)

2011/C 145/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FRA.BO SpA (Bordolano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment R. Celli, solicitor, u F. Distefano, avukat, sussegwentement F. Distefano)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella, solicitor, u K. Nordlander, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

FRA.BO SpA hija kkundananta għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.