14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Legris Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2011/C 145/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Legris Industries SA (Rennes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Wachsmann u C. Pommiès, sussegwentement minn A. Wachsmann u A. Carré, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Legris Industries SA għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.02.2007.