14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Viega vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Parteċipazzjoni fil-ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Multi - Dħul mill-bejgħ rilevanti - Ċirkustanzi attenwanti)

2011/C 145/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Viega GmbH Co. KG (Attendorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: iniżjalment J. Burrichter, T. Mäger u F. Bulst, sussegwentement J. Burrichter, T. Mäger u M. Röhrig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 –Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Viega GmbH Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.