|
10.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Premium SA
(Kawża T-316/06) (1)
(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni - Ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità - Interessi għal dewmien’)
(2009/C 6/47)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti, aġent, assistit minn J.-L Fagnart u F. Longfils, avukati)
Konvenuta: Premium SA (Roeulx, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Bertouille u D. Joos de ter Beerst, avukati)
Suġġett
Appell skont l-Artikolu 238 KE bil-għan li tinkiseb il-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas lura parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi għal dewmien, minħabba li ma ġewx rispettati ċerti obbligi kuntrattwali.
Dispożittiv
|
1) |
Premium SA hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 57 605,74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:
|
|
2) |
Premium hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 30 988,74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:
|
|
3) |
Premium hija kkundannata għall-ispejjeż. |