16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (1000)

(Kawża T-298/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 1000 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2010/C 11/41

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u T. Dolde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Awwissu 2006 (Każ R 447/2006-4) dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali 1000 bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.