20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/38


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-281/06) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna li tikkumpensa lill-produtturi tal-banana - Irregolaritajiet fil-kontrolli ta’ kwalità - Tip ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata - Proporzjonalità”)

2009/C 141/77

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE tas-27 ta’ Lulju 2006 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), safejn din tipprovdi korrezzjoni finanzjarja applikabbli għall-ispejjeż iddikjarati mir-Renju ta’ Spanja bħala kumpens lill-produtturi tal-banana għas-snin 2002 u 2003.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.