24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/06) (1)

(“FAEGG - 'Taqsima Garanzija' - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Butir - Kontroll tal-kwantità tal-prodott miksub - Kontrolli fuq il-post - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2571/97’)

(2009/C 19/48)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn E. O'Neill imbagħad I. Rao, aġenti, assistiti minn H. Mercer, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: P. Oliver, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta' Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), safejn hija teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fil-qasam tal-grass tal-butir fl-industrija tal-ikel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.