24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-263/06) (1)

(“FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Miżuri ta' akkompanjament għall-iżvilupp rurali - Terminu ta' 24 xahar - Evalwazzjoni tal-ispejjeż li għandhom jiġu esklużi - Kontrolli fundamentali - Prinċipju ta' ne bis in idem - Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta' nuqqasijiet - Prinċipju ta' proporzjonalità’)

(2009/C 19/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u G. Kanellopoulos, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u H. Tserepa-Lacombe, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta' Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), sa fejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Ellenika fis-settur tal-miżuri ta' akkompanjament għall-iżvilupp rurali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.