26.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 22/45 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Cabrera Sánchez vs L-UASI– Industrias Cárnicas Valle (el charcutero artesano)
(Kawża T-242/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva el charcutero artesano - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti El Charcutero - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 22/83)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Miguel Cabrera Sánchez (Móstoles, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Industrias Cárnicas Valle, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Ġunju 2006 (każ R 790/2005-1) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Miguel Cabrera Sánchez u Industrias Cárnicas Valle, SA.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Miguel Cabrera Sánchez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |