28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2011 — Quinn Barlo et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-208/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-metakrilati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Kunċett ta’ ksur uniku - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti)

(2012/C 25/86)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Quinn Barlo Ltd (Cavan, l-Irlanda); Quinn Plastics NV (Geel, il-Belġju); u Quinn Plastics GmbH (Mayence, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Blau, F. Wijckmans u F. Tuytschaever, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Bottka u S. Noë, sussegwentement V. Bottka u N. Khan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Metakrilati), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti, kif ukoll sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni sa fejn jimponi multa fuq ir-rikorrenti jew, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont ta’ din il-multa.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Metakrilati), huwa annulat, minn naħa, sa fejn huwa kkonstatat li Quinn Barlo Ltd, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) billi pparteċipaw f’ġabra ta’ ftehim u ta’ prattiki miftehma li kienu jirrigwardaw mhux biss il-folji solidi ta’ polimetilmetakrilat, iżda wkoll il-moulding compounds f’polimetilmetakrilat u l-artikli sanitarji f’polimetilmetakrilat u, min-naħa l-oħra, sa fejn hija tikkunsidra responsabbli lil dawn il-kumpanniji għall-parteċipazzjoni f’akkordju bejn l-1 ta’ Novembru 1998 u t-23 ta’ Frar 2000.

(2)

L-ammont tal-multa li Quinn Barlo, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH huma responsabbli in solidum li jħallsu, skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2006) 2098 final, huwa ffissat għal EUR 8 250 000.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Quinn Barlo, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH għandhom ibatu 60 % tal-ispejjeż tagħhom u 60 % tal-ispejjeż inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tbati 40 % tal-ispejjeż tagħha u 40 % tal-ispejjeż inkorsi minn Quinn Barlo, Quinn Plastics NV u Quinn Plastics GmbH.


(1)  ĠU C 224, 16.09.2006.