1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/44


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 2009 — Vivartia vs UASI — Kraft Foods Schweiz (milko ΔΕΛΤΑ)

(Kawża T-204/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva milko ΔΕΛΤΑ - Trade mark figurattiva preċedenti MILKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2004]”)

2009/C 180/80

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vivartia ABEE Proïonton Diatrofis kai Ypiresion Estiasis, li qabel kienet Delta Protypos Viomichania Galaktos AE (Tavros, il-Greċja) (rappreżentanti: P.-P. Kanellopoulos u V. Kanellopoulos, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, Kraft Foods Schweiz Holding AG (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 540/2005-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Schwiez Holding AG u Delta Protypos Viomichania Galaktos AE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vivartia ABEE Proïonton Diatrofis kai Ypireison Estiasis hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2006