6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — TF1 vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-193/06) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ċinematografiċi u awdjoviżivi - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà)
2010/C 301/34
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Télévision française 1 SA (TF1) (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Hordies u C. Smits, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, T. Scharf, u B Stromsky, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u L. Butel, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 832 finali, tat-22 ta’ Marzu 2006, dwar miżuri ta’ sostenn għaċ-ċinema u l-awdjoviżiv fi Franza (għajnuna NN 84/2004 u N 95/2004 — Franza, Skemi ta’ għajnuna għaċ-ċinema u l-awdjoviżiv).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummmissjoni Ewropea. |
3) |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |