30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta Ġunju 2011 — Solvay vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Kunċetti ta’ ‘ftehim’ u ta’ ‘prattiki miftiehma’ - Aċċess għall-fajl - Multi - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni - Trattament ugwali - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 226/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Solvay SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment O.W. Brouwer, D. Mes, avukati, M. O’Regan u A. Villette, solicitors, sussegwentement O.W. Brouwer, A. Stoffer, avukat, O’Regan u A. Villette)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault, sussegwentement V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(m) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), huwa annullat, sa fejn fih il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat il-parteċipazzjoni ta’ Solvay SA fil-ksur matul il-perijodu ta’ qabel Mejju 1995.

(2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Solvay bl-Artikolu 2(h) tad-Deċiżjoni C(2006) 1766 finali huwa ffissat għal EUR 139,5 miljun.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Solvay għandha tbati 80 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll 80 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll 20 % tal-ispejjeż ta’ Solvay.


(1)  ĠU C 212, 02.09.2006.