30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Air liquide vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-185/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2011/C 226/37
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Air liquide, société anonyme pour l'étude et l'exploitation des procédés Georges Claude (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: R. Saint-Esteben, M. Pittie u P. Honoré, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment minn F. Arbault u O. Beynet, sussegwentement minn V. Bottka, P. Van Nuffel u B. Gencarelli, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lil Air liquide, SA pour l’étude et l’exploitation des procédés Georges Claude. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż |