|
8.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 379/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Arbos vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-161/06) (1)
(Rikors għad-danni - Programm ‘Kultura 2000’ - Sussidji mogħtija fil-kuntest ta’ proġetti - Talbiet għall-ħlas ta’ diversi sommom - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbilta)
2012/C 379/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Arbos, Gesellschaft für Musik und Theater (Klagenfurt, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Karl, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Pignataro-Nolin u I. Kaufmann-Bühler, sussegwentement L. Pignataro-Nolin u W. Mölls, u fl-aħħarnett W. Mölls u D. Roussanov, aġenti)
Suġġett
Rikors intiż għall-kundanna tal-Kummissjoni, minn naħa, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 38 585,42, bl-interessi bir-rata ta’ 12 % mill-1 ta’ Jannar 2001, kif ukoll is-somma ta’ EUR 27 618,91, bl-interessi bir-rata ta’12 % mill-1 ta’ Marzu 2003, u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 26 459,38 mingħajr VAT bħala spejjeż ta’ avukati sostnuti fil-fażi prekontenzjuża.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Arbos, Gesellschaft für Musik und Theater għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |