6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2008 — Adobe vs UASI (FLEX)

(Kawża T-158/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 313/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Adobe Systems Inc. (San Jose, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Graf u F. Wesel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, D. Botis u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' April 2006 (Każ R 1430/2005-2) dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja FLEX Nru 3 795 011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Adobe Systems Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 190, 12.8.2006.