21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Frar 2009 — Omya vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-145/06) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Talba għal informazzjoni - Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Neċessità tal-informazzjoni mitluba - Proporzjonalità - Terminu raġonevoli - Abbuż ta' poter - Ksur tal-aspettattivi leġittimi’)

(2009/C 69/81)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omya AG (Oftringen, L-Iżvizzera) (rappreżentanti: Ch. Ahlborn, C. Berg, solicitors, C. Pinto Correia, avocat, u J. Flynn, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn V. Di Bucci, X. Lewis, R. Sauer, A. Whelan u F. Amato, sussegwentement minn V. Di Bucci, X. Lewis, R. Sauer u A. Whelan, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2006 meħuda skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 24, p. 1), u li titlob il-korrezzjoni tal-informazzjoni kkomunikata fil-kuntest tal-eżami tal-Każ COMP/M.3796 (Omya vs J.M. Huber PCC).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Omya AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.