23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 51/42


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Jannar 2008 — Inter-Ikea vs L-UASI — Waibel (idea)

(Kawża T-112/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' invalidità - Trade mark figurattiva Komunitarja idea - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti IKEA - Raġuni relattiva ta' invalidità - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 51/77)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inter-Ikea Systems BV (Delft, l-Olanda) (rappreżentanti: J. Gullinksson u J. Olsson, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Walter Waibel (Dingolfing, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-10 ta' Frar 2006 (Każ R 80/2005) dwar proċedimenti ta' invalidità bejn Inter-Ikea Systems BV u Walter Waibel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Inter-Ikea Systems BV hija kkundannata tħallas l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Walter Waibel fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006.