25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 272/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fl-10 ta' Settembru 2008 — Tsakiris-Mallas vs UASI — Late Editions (exē)
(Kawża T-96/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja exē - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti EXE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 272/36)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Tsakiris-Mallas AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: C. Samaras, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Late Editions Ltd (Leighton Buzzard, Bedfordshire, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Jannar 2006 (każ R 1127/2004-2) rigward proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Late Editions Lts u Tsakiris-Mallas EPE (li saret Tsakiris-Mallas AE).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Tsakiris-Mallas AE hija kkundannata għall-ispejjeż. |