7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2008 — Tomorrow Focus vs UASI — Information Builders (Tomorrow Focus)

(Kawża T-90/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tomorrow Focus - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FOCUS - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 32/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tomorrow Focus (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn U. Gürtler, sussegwentement minn J. Berlinger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: irrappreżentat inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u S. Schäffner, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Information Builders (Netherlands) BV (Amstelveen, l-Olanda)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Jannar 2006 (Każ R 116/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Information Builders (Netherlands) BV u Tomorrow Focus AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tomorrow Focus AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.