6.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 313/29 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Ottubru 2008 — Cassegrain vs UASI (Forma ta' baskett)
(Kawża T-73/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva - Forma ta' baskett - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 313/50)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jean Cassegrain SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: Y. Coursin u T. van Innis, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Diċembru 2005 (Każ R 687/2005-2) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv forma ta' baskett bħala trade mark Komunitarja
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Jean Cassegrain SAS hija kkundannata għall-ispejjeż. |