7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Low & Bonar u Bonar Technical Fabrics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2012/C 6/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Low & Bonar plc (Dundee, l-Iskozja, ir-Renju Unit); u Bonar Technical Fabrics NV (Zele, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Garzaniti, avukat, M. O’Regan, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2004, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għar-riduzzjoni tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta permezz tal-Artikolu 2(l) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija ffissata għal EUR 9.18 miljuni.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea, Low & Bonar plc u Bonar Technical Fabrics NV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 86, 08.04.2006.