7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — RKW u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-55/06 u T-66/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordju - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Implementazzjoni - Legalità - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Ksur uniku u kontinwat - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol esklużivament passiv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2012/C 6/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: RKW SE, li qabel kienet RKW AG Rheinische Kunststoffwerke (Worms, il-Ġermanja); u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA (Worms, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Hellmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti minn M. Núñez-Müller, avukat)

Suġġett

Preliminarjament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Każ COMP/F/38.354 — Boroż Industrijali) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

RKW SE u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 96, 22.04.2006.