21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2012 — UPM-Kymmene vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-53/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż tal-plastik industrijali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv tal-impriża - Proporzionalità)

2012/C 118/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UPM-Kymmene Oyj (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: inizjalment B. Amory, E. Friedel et F. Bimont, sussegwentement B. Amory, E. Friedel, F. Bimont u F. Amato, u finalment B. Amory, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castello de la Torre, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija annullata sakemm u sa fejn hija żżomm lil UPM-Kymmene responsabbli tal-ksur uniku u kontinwu msemmi fl-Artikolu 1(1) tagħha, għall-perijodu ta’ qabel l-10 ta’ Ottubru 1995.

(2)

L-ammont tal-multa imposta mill-Artikolu 2(j) tal-imsemmija deċiżjoni huwa stabbilit għal EUR 50,7 miljun.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud..

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea u UPM-Kymmene għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 86, 08.04.2006.