19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — Transcatab vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-39/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Proporzjonalità - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)

2011/C 340/29

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Transcatab SpA (Caserte, l-Italja) (rappreżentanti: C. Osti u A. Prastaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Amato, sussegwentement V. Di Bucci, finalment É. Gippini Fournier u L. Malferrari, aġenti, assistiti minn F. Ruggeri Laderchi, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C-38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — L-Italja), fit-tieni lok, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq Transcatab b’din id-deċiżjoni u, fit-tielet lok, kontro-talba tal-Kummissjoni intiża għaż-żieda ta’ dan l-ammont.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-kontro-talba mressqa mill-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

(3)

Transcatab SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha u 90 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 86, 08.04.2006.