DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
8 ta’ Mejju 2007
Kawża F-84/06 AJ
Luigi Marcuccio
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Għajnuna legali”
Suġġett: Talba li biha L. Marcuccio jitlob li jiġi ammess għall-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali, skond l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, applikabbli mutatis mutandis għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, skond l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE, Euratom, tat-2 ta’ Novembru 2004, li tistabbilixxi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU L 153M, p. 84), sad-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura ta’ dan ta’ l-aħħar, talba ppreżentata qabel ma ġie ppreżentat rikors quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Deċiżjoni: It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.
Sommarju
Proċedura – Talba għal għajnuna legali bla ħlas – Kundizzjonijiet għall-għoti
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli94(2)u96(1); Deċiżjoni tal-Kunsill2004/752, Artikolu 3(4))