Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Domandi preliminari – Risposta li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza – Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 104(3) (ara l-punt 20)

2. Ħarsien tas-saħħa pubblika – Ikel ipproċessat għall-annimali – Direttiva 2002/2 (Regolament 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 8 u 16; Direttiva 2002/2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 1(4)) (ara l-punt 45 u d-dispożittiv 1)

3. Ħarsien tas-saħħa pubblika – Ikel ipproċessat għall-annimali – Direttiva 2002/2 (Artikoli 233 KE u 234 KE; Direttiva 2002/2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu (1)(b)) (ara l-punt 63 u d-dispożittiv 2)

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Consiglio di Stato – Effetti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04 (ABNA et ) li tikkonstata l-invalidità parzjali tad-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ l-għalf kompost u li tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/357/KEE (ĠU L 63, p.23) – Obbligu ta’ l-istituzzjonijiet li jadottaw att ġdid.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ l-għalf kompost u li tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/357/KEE, li jistipula l-obbligu li, fuq it-tikketti ta’ l-għalf kompost, tiġi indikata l-perċentwali fil-piż ta’ materja prima użata fl-għalf b’tolleranza ta’ ±15% tal-valur iddikjarat f’dak li jirrigwarda din il-perċentwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jmux kontra l-Artikoli 8 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel, li l-għan tagħhom huwa, b’mod partikolari, li jimpedixxu li l-ittikkettjar u l-preżentazzjoni ta’ l-għalf iqarrqu bil-konsumatur.

2) Peress li l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2002/2 jistipula obbligu awtonomu mingħajr rabta ma’ l-obbligi stipulati fid-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-direttiva, id-dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ din id-dispożizzjoni, mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas-6 ta’ Diċembru 2005, ABNA et (C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04) ma ħolqotx sitwazzjoni ta’ lakuna ġuridika jew ta’ inkoerenza li tobbliga lill-istituzzjonijiet jadottaw emendi sostantivi tad-Direttiva 2002/2.

3) Fi kwalunkwe każ, l-invalidità ta’ dispożizzjoni Komunitarja tirriżulta direttament mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li qed tikkonstataha u huma l-awtoritajiet kif ukoll il-qrati ta’ l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-konsegwenzi tagħha fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom.